L-Orizzont – It-Tlieta 1-9-2020
Nancy Flanders ta’ Live Action fil-USA tgħid li bħala soċjeta qeghdin inkunu bombardati il-ħin kollu bi kliem favur l-abort u li f’certi cirkostanzi l-abort huwa bżonnjuż. L-abort m’hu qatt ħaġa tajba. Tkun qed toqtol tarbija fil-ġuf u tħalli omm għal għomora kollu bir-rimors li kienet hi stess li neħħiet il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf tagħha. Hawn qed jinġiebu d-dispjaciri ta’ sebgha ommijiet li għamlu l-abort.
Lori Nerad li kienet president nazzjonali ta’ nisa li għamlu l-abort tgħid: Ġimgħatejn wara li għamilt abort erġajt bdejt inħoss l-uġigh tat-tqala u mort, bi tbatija, fil-kamra tal-banju. Hemmhekk, b’żewġi ħdejja, neħħejt biċċa mit-tarbija li kont abortejt li t-tabib li għamilli l-abort kien ħalla ġewwa. Kienet ras it-tarbija tiegħi. Illum inqum bil-lejl u dejjem jidhirli li qed nisma t-tarbija tiegħi tibki. Għadni sal-lum noħlom ikrah li qed niġi mġgħela nara lit-tarbija tiegħi qed tiġi mqatta biċċiet quddiem għajnejja. Illum ma’ nistax ngħaddi mingħajr it-tarbija tiegħi. Inqum ta’ spiss nkun irrid innaddaf u nlibbes it-tarbija tiegħi u nħaddanha miegħi.
Ashley Granger, miżżewġa u omm tgħid; Illum li ibni għandu erba snin kultant inħares lejn wiċċu sabiħ u nibda nimmaġina x’fattezzi kien ikollha it-tarbija l-oħra tiegħi. Illum għadni noħlom li qed inżomm it- tarbija f’idejja u tagħmilni verament qalbi sewda naħseb li lil ibni ċaħħadu minn oħtu jew ħuħ. Forsi tgħiduli għaliex ma tergax tipprova toħroġ tqila. Kieku jien hekk nixtieq imma żewġi u jien ilna nippruvaw nerġgħu nikkonċepixxu tarbija għal sentejn u nofs sħaħ. Qatt ma’ kont nobsor li mhux se nkun nista’ nerġgħa nwelled tarbija meta inkun irrid jien. Meta nħares lura nara li l-abort mhix soluzzjoni ħafifa jew hija is-soluzzjoni. L-abort huwa l-problema.
Katrina Fernandez kittieba tgħid; “Jien qtilt tnejn minn uliedi. Sraqt lill-ġenituri tiegħi min-neputijiet tagħhom u qtilt l-aħwa ta’ ibni. Dawn l-aborti ikkawżawli direttament kondizzjoni li jgħidulha “incompetent cervix” li wasslet biex meta erġgħajt kont tqila erġajt wellidt ħafna qabel iż-żmien tant li ibni miet ġimgħa wara, b’ħafna tbatija għalih. It-tbatija li għaddejt minnha u li jien stess ikkaġunajt lil ħaddieħor hija bla qies, u s-sens ta’ ħtijja kważi wassalni nagħmel suwiċidju.
Beatrice Fedor Membru tal-Kampanja “Silent no More” iżżid; Neħħejt it-tarbija tiegħi billi ifflaxxjajtha fit-toilet. Għalija kienet xi ħaġa tal-biża. U xorta bqajt ma’ ggradwajtx. Ilni dsatax-il sena u bqajt mingħajr ma’ iggradwajt. Seba snin wara erġajt kont tqila. Il-missier kellu snin id-doppju tiegħi u kien jabbuza minni. L-abort għalija kien is-soluzzjoni l-ħafifa biex nipproteġi lili nnifsi u lit-tarbija tiegħi mill-abbużi. Għalhekk mort ġo klinika u b’ansjeta kbira raqqduni. Meta qomt, bid-demm nieżel ma’ saqajja, infqajt nibki u ħadd ma’ seta’ jikkunslani. Dhalt aktar u aktar f’dipressjoni u f’ħafna ħsibijiet li nagħmel suwiċidju.
Wara li ltqajt mar-raġel li għandi bħalissa kont għadni imweġgħa. Meta kont tqila fl-ewwel tarbija tagħna l-aborti li kont għamilt reġgħu telgħu fil-wiċċ u s-sens ta’ ħtija kiber aktar ġo fija. Mort għal counselling u bdejt inħossni aħjar. Il-quddien wasalt biex ħfirt lili nnifsi u sibt il-paċi. L-abort kien jidher għalija bħala l-ħruġ tiegħi minn żewġ kriżijet… imma spiċċa biex kien kwazi kissirni.
Jewels Green li kienet taħdem fi klinika tal-abort tgħid: Wara disa ġimgħat u nofs tqala għamilt abort. Kien kważi qatilni. Le, mhux il-procedura kirurġika, imma dak li kont bdejt inħoss wara. Ippruvajt inneħħi ħajti b’idejja tlett darbiet wara li għamilt l-abort u wara spiċċajt f’sala ta’ sptar psikjatriku għal xahar biex nirkupra. Ma kienet ħaġa faċli xejn. Kont nara t-tarbija li kont abortajt f’kull flixkun li kien ikun fih biċċiet tat-trabi li kienu ġew abortiti.
Abby Johnson li qabel kienet membru ta’ Planned Parenthood, l-akbar industrija tal- abort fil-USA tgħid: Darba, waqt li kont qed insuq, it-tifla tiegħi staqsitni jekk ghadx xi darba tara lil ħutha fil-Ġenna. Staqsejtha x’riedet tgħid biha..bl-akbar onesta…filwaqt li ttamajt li ma kinitx qed titkellem fuq iż-żewg trabi li kont abortejt, Qalti li hi kienet taf li jien kont abortejt żewġ trabi u riedet tkun taf jekk xi darba kinitx se titlaqa’ ma’ dawn dawn it-trabi għax qaltli; “Kieku taf kemm nimmissjahom.” Qatt ma’ kienet għaddietli minn rasi li kont se nikkawza tant uġigħ ta’ qalb lil uliedi. Meta għamilt l-aborti qatt ma’ tajt każ kif dan kien se jaffettwa lil oħrajn. Qatt ma’ ħsibt kif kien se jaffettwa lil uliedi futuri. Qatt ma’ ħsibt kif kont se nispjega l-egoiżmu tiegħi lilhom.
Jekk int li qed tgħix f’Malta qed taħseb biex tagħmel abort, jew qegħda tissielet miegħek innifsek minhabba l-abort li għamilt ikkontatja lil Dar Tgħanniqa t’Omm Lifeline 2033 0033 il-Mosta jew Dar Gużeppa Debono, Għawdex, Tel 2155 2595, żewġ għaqdiet fil-Moviment dwar il-Ħajja Umana mill-Konċepiment.