By Tony Mifsud
9 ta’ Settembru 2024
Mill-Malta Unborn Child Platform – MUCP
Lill-Bord ta’ Inkjesta mwaqqaf mill-Gvern Malti fis-27 t’Awissu, 2024 dwar :
(1) Il-Qtil ta’ Nicolette Ghirxi fit-12 t’Awissu 2024 u
(2) Is-Servizzi Socjali lill-Vitttmi tal-Vjolenza Domestika f’Malta
L-Operat tas-Servizzi Soċjali Maltin għall-Vittmi tal-Vjolenza Domestika
——————————————————————————-
Il-Kummissarju għat-Tfal u t-Tarbija li tkun se Titiweled
- Il-Kummissarju għat-Tfal u t-Tarbija li tkun se Titiweled
- Il-Vjolenza Domestika u t-Tarbija li tkun se Titiweled
- Protezzjoni tal-Maternita fuq il-post tax-Xogħol
- Att dwar it-Tfal u ż-Żghażagħ – Ordnijiet għall-Ħarsien
- MUCP – Lid-Direttur, Kura u Protezzjoni tat-Tfal
- Id-Direttur, Kura u Protezzjoni tat-Tfal – lill-MUCP
- Is-Servizzi Socjali dwar il-Vjolenza Domestika mhux jaslu għand it-Tarbia fil-Ġuf
- Fil-USA – Embrijuni ffriżati bl-IVF għandhom ikunu ikkonsidrati persuni umani
- Fil-USA – L-Unborn Victims of Violence Act tal-200
- Il-MUCP u l-Iffriżar tal-Embrijunu
- Dr Thomas Verny – The Secret Life of the Unborn Child – Pre and Perinatal Psychology
- Sottomissjoni mill-MUCP lill-Bord ta’ Inkjesta
Mill-Malta Unborn Child Platform
Lill-Bord ta’ Inkjesta mwaqqaf mill-Gvern Malti dwar il-qtil ta Nicolette Ghirxi fit-12 t’Awissu 2024 u s-servizzi socjali lill-vitttmi tal-vjolenza domestika f’Malta
L-Operat tas-Servizzi Soċjali Maltin għall-Vittmi tal-Vjolenza Domestika
Il-bord ta’ inkjesta li waqqaf il-Gvern Malti fil-27 ta’ Awissu 2024 dwar l-qtil ta’ Nicolette Chirxi, taħt it-tmexxija tal-Imhallef Emeritu Lawrence Quintano, biex tinvestiga s-sapport li kellha l-istess Nicolette Chrixi qabel inqatlet fit-12 ta Mejju, ingħata ukoll l-inkarigu li jagħmel rakommandazzjonijiet dwar l-operat tas-servizzi soċjali Maltin lill-vittmi tal-vjolenza domestika.
F’dan ir-rigward il-Malta Unborn Child Platform qed jagħmel dawn is- sottomissjonijiet lill-bord imsemmi.
1. Il-Kummissarju ghat-Tfal u t-Tarbija li tkun se Titiweled
Fl-2003 il-Malta Unborn Child Movement – MUCM – kif kien magħruf dak iż-ħmien, kien għamel sottomissjonijiet verbali, u bil-miktub, lill-Kumittat tal-Affarijet Soċjali tal-Parlament Malti biex it-tarbija li tkun se titiwieled (unborn child) tkun inkluża fil-liġi l-gġida dwar Il-Kummssiaju tat-Tfal.
Ir-rakkomdazzjonijiet tal-MUCM kienu ġew milqugħa b’mod unamimu kemm mill-Kumitat Soċjali tal-Parlament u sussegwentement ukoll mill-Parlament Malti. Infatti fil-liġi tal-Kummissrju tat-Tfal, Kapitolu 462 tal-5 ta’ Diċembru, 2003 hu miktub l-iskop tal-Att imsemmi:
“Biex jipprovdi għall-ħatra ta’ Kummissarju għat-Tfal bis-setgħa li jinvestiga kull ksur jew kontravvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal.”
F’artiklu 9, minn (a) sa (m) jingħadu l-funzjonijiet li għandu l-Kummissarju, fosthom:
(9.h) “li jippromwovi l-ogħla standards ta’ servizzi ta’ saħħa u servizzi soċjali għan-nisa waqt it-tqala tagħhom u li jippromwovi l-ħarsien u l-protezzjoni speċjali, inkluża l-protezzjoni legali xierqa, għat-tfal kemm qabel kif ukoll wara t-twelid;”
2. Il-Vjolenza Domestika u t-Tarbija li tkun se Titiweled
Fl-2005 il-MUCM reġa’ deher quddiem l-Kumitat Soċjali tal-Parlament Malti li kien qiegħed jikkonsidra l-Abbozz ta Att dwar l-Vjolenza Domestika. L-istess Kumitat Soċjali u anki l-Parlament Malti, wara, kienu reġgħu approvaw, unanimament, li t-tarbija li tkun se titwieled tkun inkluża fil-Liġi bħala “membru tal-household”.
Artiklu 2.ix tal-Ligi dwar il-Vjolenza Domestika tal-2005 kien jgħid li: “membru domestiku” tinkludi … (ix) it-tarbija konċepita iżda li tkun għad trid titwieled ta’ xi waħda mill-persuni msemmija fil-paragrafi (i) sa (viii), it-tnejn inklużi.
Filwaqt li “vjolenza domestika tfisser kull att ta’ vjolenza, anki jekk verbali biss, li jsir minn membru domestiku wieħed fuq membru domestiku ieħor u tinkludi kull ommissjoni li tikkawżuna ħsara fiżika jew morali lil ħaddieħor.”
Fit-30 ta’ Jannar 2018 il- Partit Nazzjonalista kien qal (mill-gażżetti ) li jrid iżomm ir-riferenza għat-tarbija li tkun se titiwieled fil-liġi dwar il-vjolenza domestika u li kien lest li jagħmel dan fl-ewwel mitt jum ta Gvern Nazzjonalista.
3. Potezzjoni tal-Maternita fuq il-post tax-xoghol
Fil-leġislazzjoni Maltija ta’ 1 ta’ Jannar, 2001 dwar: Protezzjoni tal-Maternita fuq il-post tax-Xogħol L.S.424.11 – Leġislazzjoni Sussudjarja 424.11 — Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Maternita fuq il-Post tax-Xogħol https://legislation.mt/eli/sl/424.11/20100722/mlt f’artiklu 2 ġie stipulat li: “tarbija” tinkludi tarbija fil-ġuf.
Kwotazzjonijiet minn artiklu 2 tal-Liġi
“kondizzjonijiet ta’ l-impieg” għandha l-istess tifsir mogħti lilha fl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, jew kull liġi oħra li tissostitwih;
“mara” tinkludi mara tqila jew mara li treddgħa, u omm;.
“mara li treddgħa” tfisser mara li treddgħa skont kif definit fl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jew f ’leġislazzjoni sussidjarja;
“mara tqila” tfisser mara tqila skont kif definit fl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jew f’leġislazzjoni sussidjarja;
“omm” tfisser mara li tkun reċentement welldet tarbija ħajja jew mejta, u li tgħarraf b’dan il-fatt lil min iħaddimha permezz ta’ċertifikat maħruġ minn tabib jew minn qabla, u fil-każ ta’ mara li twelled tarbija ħajja, għandha tibqa’ titqies bħala hekk sa sitt xhur wara t-twelid tat-tarbija;
“tarbija” tinkludi tarbija fil-ġuf.
4. Att dwar it-Tfal u ż-Żghazagh – Ordnijiet ghall-Harsien
It-tarbija fil-ġuf hija wkoll protetta minn: KAPITOLU 285* Att dwar it-Tfal u ż-Żghażagħ – Ordnijiet għall-Ħarsien https://legislation.mt/eli/cap/285/20200701/mlt
Biex jipprovdi għall-ħarsien ta’ tfal u żgħażagħ: 8 ta’ Awissu, 1980; u 29 ta’ Novembru, 1985
L-ATT XVIII tal-1980, kif emendat bl-Atti XIII tal-1983 u XIII tal-2002;bl-Avviż Legali 423 tal-2007; u bl-Att XXXIII tal-2014 u II tal-2019….tant li:
Fid-9 t’Ottubru 2023 waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar l-20 Anniversarju mit-Twaqqif tad-Dipartiment tas-Social Work u Social Policy fil-Fakulta tas-Social Wellbeing tal-Universita ta’ Malta, li saret fl-Universita l-Antik,a il-Belt, il-Ministru tal-Protezzjoni tat-Tfal, l-Avukat Michael Falzon, qal li fost l-ewwel deċizjonijiet li kellu jieħu meta ħa l-kariga ta’ Ministru tat-Tfal kienet preċisament li jiffirma Care Order, skond il-liġi, li kienet intiża li tipproteġi l-ħajja ta’ tarbija fil-ġuf.
Dak li intqal f’sezzjonijit 1,2,3,4 hawn fuq juri li t-tarbija fil-ġuf, jew it-tarbija li tkun se titwieled, hija rikonoxxuta mill-liġijiet Maltin.
5. MUCP – Lid-Direttur, Kura u Protezzjoni tat-Tfal
Fl-24 t’April, 2024 il-Malta Unborn Child Platform kiteb hekk, b’email, lill-Ms Antonella Direttur, Kura u Protezzjoni tat-Tfal, tal-Aġenzija Sedqa dwar id-difiża legali tat-tarbija fil-ġuf.
“Il-Malta Unborn Child Platform ra u kkonsidra l-ittra li deheret fit-Times of Malta tas-6 t’Ottubru 2023 – Inciting murder of the unborn.
https://timesofmalta.com/articles/view/inciting-murder-unborn.1059138%20fit-Times%20of%20Malta%206
“Fit-Times of Malta tal-24 ta’ Frar 2024, intqal li “Almost 500 women received abortion pills at home through local service last year”
“Jidher ċar li qed issir il-promozzjoni sistematika tal-vjolenza domestika kontra t-trabi fil-ġuf. Jidher car li qed tinkiser il-liħi Maltija kontra l-abort. Jidher ġar li qed isir inċitament kontinwu lill-ommijiet biex itemmu deliberatament il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.
“Fit-Times of Malta tal-20 ta’ Novembru 2023 f’artiklu We aid and abet abortion https://timesofmalta.com/articles/view/we-aid-abet-abortion.1067760 tlett tobba jidhru apertament jiftaħru li mhux biss qed jinċitaw, imma saħansitra jgħinu, lil min deliberatment ikun irid joqtol it-tfal fil-ġuf.
“Fis-7 ta’ Diċembru 2023 il-Kummissarju għat-Tfal Ms Antoinette Vassallo hija rapportata li qalet “It-tfal għandhom ikunu konxji tad-drittijiet tagħhom”
https://newsbook.com.mt/it-tfal-ghandhom-ikunu-konxji-tad-drittijiet-taghhom-il-kummissarju-tat-tfal/ Żgur li t-trabi fil-ġuf ma’ jistgħux jiddefendu id-drittijiet tagħhom. Xi ħadd ieħor irid jagħmel dan.
“Skond Artiklu 9h tal-Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal il-Kummissarju għandu d-dmir li “jippromwovi l-ogħla standards ta’ servizzi ta’ saħħa u servizzi soċjali għan-nisa waqt it-tqala tagħhom u li jippromwovi l-ħarsien u l-protezzjoni speċjali, inkluża l-protezzjoni legali xierqa, għat-tfal kemm qabel kif ukoll wara t-twelid;”
“Fid-9 t’Ottubru 2023 waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar l-20 Anniversarju mit-Twaqqif tad-Dipartiment tas-Social Work u Social Policy fil-Fakulta tas-Social Wellbeing tal-Universita ta’ Malta, li saret fl-Universita l-Antika il-Belt, il-Ministru tal-Protezzjoni tat-Tfal, l-Avukat Michael Falzon, qal li fost l-ewwel deċizjonijiet iebsa li kellu jieħu meta ħa l-kariga ta’ Ministru tat-Tfal kienet preċisament li jiffirma Care Order, skond il-liġi, li kienet intiża li tipproteġi l-ħajja ta’ tarbija fil-ġuf.
“Nitolbu l-intervent tieghek biex il-ħajja tat-trabi fil-ġuf f’Malta tibda tkun imħarsa mill-awtoritajiet bil-liġi apertament u jitwaqqaf l-inċitament aggressiv kontinwu fil-pubbliku biex it-tfal fil-ġuf jinqatlu deliberatmanet, bl-abort, specjalment dak medicinali.
“Napprezzaw nkunu nafu li din l-email waslitlek. Grazzi ħafna.
“Inselli għalik ħafna.
“Tony Mifsud,
Koordinatur, Malta Unborn Child Platform,
6. Id-Direttur, Kura u Protezzjoni tat-Tfal – lill-MUCP
Fil-21 ta’ Mejju 2024 id-Direttur, Kura u Protezzjoni tat-Tfal, tal-Agenzija Sedqa – Antonella Mizzi – wiegbet hekk lil Tony Mifsud, Koordinatur tal-MUCP”
Dear Mr Mifsud,
Your email is being noted. We shall be replying to your query in due course.
Kind regards
Antonella Mizzi
Directorate for the Child Protection Services
Foundation for Social Welfare Services
AGENZIJA SEDQA, 3, TRIQ BRAILLE, SANTA VENERA, MALTA
7. Is-Servizzi Socjali dwar il-Vjolenza Domestika mhux jaslu ghand it-Tarbia fil-Guf
Sa nofs Settembru 2024, tlett xhur u nofs wara, ma’ kien hemm l-ebda komunikazzjoni mal-Malta Unborn Child Platform, la bil-kliem u lanqas bil-kitba, minn Antonella Mizzi, Direttur tal-Kura u Protezzjoni tat-Tfal.
Sa fejn hu magħruf ma’ sarx xejn, lanqas, mill-Kummissarju għat-Tfal Antoniette Vassallo biex tinvestiga l-inċitament għall-qtil, u l-qtil deliberat, tat-trabi fil-ġuf.
8. Fil-USA – Embrijuni ffrizati bl-IVF għandhom ikunu ikkonsidrati persuni umani
https://publichealth.jhu.edu/2024/the-alabama-supreme-courts-ruling-on-frozen-embryos
Fis-16 ta’ Frar, 2024 il-Qorti Suprema tal-kapitali Alabama fl-Istat ta’ Arizona fil-USA tat digriet li koppji li kienu tilfu embrijuni iffriżati bl-IVF minhabba accident fejn kienu storjati ġo klinka tal-fertilita setgħu jagħmlu kawża, skond il-liġi tal-Istat, dwar il-mewt bi żball ta’ tarbija minuri. Il-Qorti iddegredat li l-embrijuni iffriżati waqt il-proċess tal-IVF li jkunu għadhom ma’ tpoġġewx fil-ġuf tal-mara għandhom ikunu ikkonsidrati persuni umani.
9. Fil-USA – L-Unborn Victims of Violence Act tal-2004
https://en.wikipedia.org/wiki/Unborn_Victims_of_Violence_Act
Din hija liġi fil-USA li tirrikonoxxi l-embrijun jew il-fetu fl-utru tal-mara bħala vittima legali jekk ikun ġie korrut, jew maqtul, matul il-kummissjoni ta’ aktar minn 60 reat ta’ vjolenza federali. Il-liġi tiddefinixxi tarbija fl-ġuf tal-omm bħala “membru ta’ l-ispeci Homo sapiens f’kull stat ta’ żvilupp, li jkun qed jinġarr fil-ġuf tal-omm.”
10. Il-MUCP u l-Iffriżar tal-Embrijuni
Ara Freezing not the only way fit-Times of Malta tal-11 ta’ Mejju 2018 mill-Koordinatur tal-Malta Unborn Child Platform
https://timesofmalta.com/article/Freezing-not-the-only-way-Tony-Mifsud.678780
Hemm metodu ieħor, naturali, barra dak mediku, kif mara toħroġ tqila. Il-metodu naturali għandu rata ta’ suċċess ta’ 80 fil-mijja. Dak tal-IVF minn 20 sa 25 fil-mijja.
Ara Alternatives to abortion in extreme cases, fil-Malta Today tad-29 Awissu, 2007 mill-Koordinatur tal-Malta Unborn Child Platform
http://archive.maltatoday.com.mt/midweek/2007/08/29/tmifsud.html
11. Dr Thomas Verny – The Secret Life of the Unborn Child – Pre and Perinatal Psychology
Ara The Secret Life of the Unborn Child https://www.amazon.com/Secret-Life-Unborn-Child-Prepare/dp/0440505658 – minn Dr Thomas Verny, psikjatra, terapista tal-familja u missier. Il-ktieb kien publikat fl-1981 u reġa ġie publikat fl-2006. “Teżisti evidenza kbira li fil-ġuf tal-omm ikun hemm ħajja intelliġenti. Il-ġenituri jistgħu jikkontribwixxu attivament, kemm qabel u wara t-twelid, biex jagħtu lit-tarbija tagħhom il-ferħ u s-sigurta għall-kumplament ta’ ħajjitha.”
Ara: An Introduction to Pre and Perinatal Psychology minnDr Thomas Verny: https://wholebeingfilms.com/product/introduction-to-pre-and-perinatal-psychology-by-t-verny/
12. Sottomissjoni lill-Bord ta’ Inkjesta mill-MUCP
Qed ikun sottommess li l-Bord ta’ Inkjesta jgħid lis-servizzi soċjali Maltin dwar il-vjolenza domestika biex is-servizzi tagħhom jagħtuhom ukoll lit-trabi li jkunu se jitwieldu, kemm dawk li jkunu fil-ġuf, u kemm dawk fid-dish jew iffriżati fil-kliniċi kollha tas-sistema tal-Invitrofertilisation, tal-gvern jew privati, fil-Gżejjer Maltin
F’Malta u Għawdex jitwieldu madwar 4000 tarbija kull sena. Kemm ikun hemm trabi iffriżati bl-IVF ikunu jafuh id-diretturi mediċi tal-kliniċi, tal-gvern u privati, li jagħmlu l-IVF.
Tislijiet.
Koordinatur, Malta Unborn Child Platform,